Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali

Merħba fil-websajt Apprezza (il-“Websajt”)

Din il-websajt hija operata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), referuta bħala “aħna”.

Nirrakkomandaw li taqra dawn it-Termini u Kundizzjonijiet qabel ma tuża kwalunkwe waħda mill-partijiet tal-Websajt tagħna. L-użu tiegħek tal-Websajt tagħna jikkostitwixxi l-aċċettazzjoni ta’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. Jekk dawn it-Termini u Kundizzjonijiet ma jiġux aċċettati fl-intier tagħhom, mhux se jkollok il-permess li taċċessa l-Websajt tagħna u l-materjali li jinsab fiha, u l-użu tiegħek tal-Websajt jieqaf minnufih.

Fil-każ li għandek xi mistoqsijiet dwar dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, jekk jogħġbok ibgħatilna email mill-paġna Contact Us.

Jekk għandek sittax-il sena jew inqas, għandek bżonn il-permess ta’ ġenitur jew gwardjan qabel ma taċċessa jew tuża l-Websajt tagħna.

JEKK INTI ĠENITUR JEW GWARDJAN U TAGĦTI L-KUNSENS TIEGĦEK GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAT-TIFEL/TIFLA TIEGĦEK F’DIN IL-WEBSAJT, INTI TKUN QED TAQBEL LI TINTRABAT B’DAWN IT-TERMINI TA’ UŻU FIR-RIGWARD TAL-UŻU TAGĦHOM TA’ DIN IL-WEBSAJT.

Kull utent ieħor huwa marbut b’dawn it-termini u kundizzjonijiet.

Nirriservaw id-dritt li nibdlu dawn it-Termini u Kundizzjonijiet fi kwalunkwe żmien. Hija r-responsabbiltà tal-utent li jiċċekkja dawn it-Termini biex jiżgura li jaqbel magħhom qabel ma juża l-Websajt tagħna. Għandna wkoll Politika ta’ Privatezza li tirrigwarda l-użu tiegħek tal-Websajt tagħna, u għandha tinqara bħala parti minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet qabel ma tintuża l-Websajt.

 

Il-Kontenut tagħna

Kull materjal fuq din il-Websajt jappartjeni lilna jew huwa liċenzjat lilna minn Affiljati tagħna, u għandu jiġi ttrattat daqslikieku jappartjeni lilna. Materjal fuq din il-Websajt m’għandux jiġi kkupjat, riprodott, ippubblikat jew ippubblikat mill-ġdid, ippowstjat, imtella’, imxerred jew trażmess, immodifikat, immanipulat jew ‘reverse engineered’. Kwalunkwe użu tal-materjal f’dan il-websajt għandu jkun għal użu personali u mhux kummerċjali. Użu mhux awtorizzat ta’ materjal fuq din il-Websajt kif dettaljat fuq jikkostitwixxi ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Il-Kontenut mingħand l-Utent


Fejn il-Websajt tagħna titolbok tirreġistra, għandek tipprovdi informazzjoni preċiża u kompluta. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiżgura li tali informazzjoni hija korretta u aġġornata, u ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà fil-każ ta’ informazzjoni mhux aġġornata, jew żbalji. M’għandek tiżvela l-password tiegħek lil ebda persuna. Kull reġistrazzjoni hija għal utent wieħed biss. Jekk għandek raġuni biex temmen li s-sikurezza tal-kont tiegħek ġiet affettwata, jekk jogħġbok ikkuntattjana immedjatament. Nirriservaw id-dritt li nikkuntattjawk permezz tal-email, li pprovdejt meta rreġistrajt, fir-rigward tal-użu tiegħek ta’ kwalunkwe parti interattiva tal-Websajt.

Ir-riservazzjoni ta’ Attivitajiet

Meta tirriserva avveniment, għandek tipprovdi informazzjoni preċiża u kompluta. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiżgura li tali informazzjoni hija aġġornata, u ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà fil-każ ta’ informazzjoni mhux aġġornata. Ma nistgħux ninżammu responsabbli għal kwalunkwe falliment fir-riservazzjoni jew ta’ komunikazzjoni. Kull informazzjoni personali se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).

Il-Kontenut ta’ Parti Terza

M’għandna l-ebda kontroll fuq l-informazzjoni u l-materjal li jittella’ fil-partijiet interattivi tal-Websajt tagħna, imma nirriservaw id-dritt li neditjaw, inċaqalqu u nneħħu posts kif neċessarju biex niżguraw is-sikurezza tal-partijiet interattivi għal utenti oħrajn.

L-utenti m’għandhomx:

  • jużaw posts fi kwalunkwe parti interattiva biex jirreklamaw prodotti jew servizzi;
  • jiktbu posts jew kummenti li huma libellużi, indiċenti, abbużivi, ta’ theddid, jew jiksru d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet oħra ta’ partijiet terzi;
  • jippowstjaw messaġġi b’materjal illegali jew ta’ xort’oħra kontra l-liġi;
  • jiktbu messaġġi li għandhom vajrus jew code li jistgħu jikkawżaw ħsara lis-software jew lit-tagħmir tal-kompjuter ta’ utenti oħrajn, jew ifixklu l-funzjonalità tal-Websajt;
  • jimpersonaw jew jirrappreżentaw ħażin lil kwalunkwe parti terza.

Ma nistgħux niggarantixxu l-affidabbiltà, il-preċiżjoni jew l-imparzjalità ta’ kwalunkwe messaġġ li jiġi ppowstjat, u għalhekk nitolbu li ma tiddependix bi kwalunkwe mod fuq kwalunkwe ħaġa li tiġi ppowstjata fuq il-partijiet interattivi tagħna, u li taċċetta kull riskju assoċjat mal-użu tal-partijiet interattivi. L-utenti m’għandhomx jiddependu fuq kwalunkwe kontenut f’dan il-Websajt bħala pariri, rakkomandazzjonijiet jew ftehimiet.

Nirriservaw id-dritt li nneħħu r-reġistrazzjoni tiegħek jekk int ma tikkonformax mal-linji gwida fuq imsemmija, sabiex inżommu l-Websajt tagħna sikura u affidabbli għal utenti oħrajn.

Responsabbiltajiet, Garanziji & Indennizzi


Il-Websajt tagħna hija pprovduta fuq bażi ‘kif inhi’ mingħajr l-ebda garanzija espressa jew impliċita ta’ kwalunkwe tip. Ma niggarantixxux li l-Websajt tagħna se tkun bla żbalji, jew li kwalunkwe materjal fiha huwa preċiż.

Ma nipprovdu l-ebda garanzija fir-rigward tal-websajts, kontenut, software jew servizzi tagħna; niċħdu kull responsabbiltà marbuta mal-użu ta’ din il-Websajt sa fejn huwa permess bil-liġi. L-użu tiegħek ta’ din il-Websajt jikkostitwixxi l-aċċettazzjoni li ma tfittixx dannu kontrina għal kwalunkwe ħaġa li tinqala’ minħabba ksur min-naħa tiegħek ta’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.

Ma nistgħux ninżammu responsabbli għal żbalji fi kwalunkwe materjal ta’ reklamar jew materjal promozzjonali li jidher fuq il-Websajt tagħna, għalkemm inkunu grati jekk tgħarrafna jekk tinnota xi żbalji fi kwalunkwe materjal ta’ dan it-tip.

Termini Legali Ġenerali


Fil-każ li kwalunkwe parti minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet tinsab li mhijiex valida jew inkella mhux inforzabbli bil-liġi, dik il-parti titneħħa mit-Termini u l-Kundizzjonijiet sa fejn din tkun mhux valida jew mhux inforzabbli, u t-tneħħija tagħha ma taffettwax il-bqija ta’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, li se jibqgħu inforzabbli bil-liġi.

Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet huma rregolati mil-liġi ta’ Malta, u kull tilwim li jinqala’ minnhom jiġi sottomess għall-ġurisdizzjoni esklussiva tal-qrati Maltin.

Fil-każ li jinsab li kwalunkwe mit-Termini u Kundizzjonijiet jew parti minnhom hija illegali u/jew mhux inforzabbli, dik is-sejba ma taffettwax il-funzjonalità tal-bqija tat-Termini u Kundizzjonijiet.

Indirizz

Il-Kampanja Apprezza

Quality Assurance & Industry HR Directorate
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu
Il-Bini SCM01, Livell 3
SmartCity, Ricasoli
Kalkara, SCM1001

T: 2291 5727 / 2291 5729
E: apprezza.mta@visitmalta.com

Politika aġġornata
It-30 ta’ Settembru 2019