Saħħa Ħbieb!
Mela ejja ngħiduha kif inhi, tridux? It-tagħlim ma hux biss kotba, karti, eżamijiet u studju, imma wkoll nistgħu nitgħallmu mill-logħob. F’din il-paġna, tistgħu titgħallmu ħafna affarijiet interessanti permezz tal-logħob.
Tista’ tilgħab waħdek, mal-ħbieb jew sfida xi adult biex tara tafx aktar minnu! U jekk għandkom xi logħba jew idea li tixtiequ taqsmu magħna, ibagħtulna imejl.
Turu u Sħabu
Din hija logħba sempliċi u divertenti għal kulħadd. Għaqqad kemm tista’ simboli li huma l-istess biex tirbaħ il-punti. Ejjew naraw kemm kapaċi tgħaqqad f’waħda? Jien sa ħamsa wasalt; tgħid tasal tirbaħli?
Ejja Pinġi ma’ Turu!
Ejja ħa naraw x’taf! X’talent artistiku għandek? F’din il-logħba ħa ssib paġni sempliċi u oħrajn aktar diffiċli u fid-dettal. Mela, bla telf ta’ żmien, ejja u pinġi! X’kuluri taħseb li jixirquli?
Turu u l-Logħba tal-Memorja
Kemm hi tajba l-memorja tiegħek? Kapaċi tiftakar fejn huma l-karti u tqabbilhom flimkien? Nibdew bil-ħafif u bil-mod il-mod l-isfida titqal. Ejja ħaddem ftit dik il-memorja jew aħjar … ejja nqanqluha!
Turu jisfidak għall-Kwizz
Dan l-aħħar tgħallimt ħafna dwar il-gżejjer Maltin bis-saħħa ta’ sħabi u l-mawriet tagħna. Iddeċidejt li naqsam dan magħkom permezz ta’ dan il-kwizz. Ara hux kapaċi tagħżel ir-risposta t-tajba? Kemm taf dwar il-gżejjer Maltin? Tridx naraw verament kemm taf? Tlaqna!