
Il-Park u l-Ġonna tal-Limestone Heritage
Il-Park u l-Ġonna tal-Limestone Heritage huma attrazzjoni għall-viżitaturi dwar il-ġebla distinta tal-gżejjer Maltin, liema attrazzjoni għandha Assigurazzjoni ta’ Kwalità u rebħet premju. Dan it-tur isir permezz ta’ mixja interessanti bi preżentazzjoni awdjoviżiva u multilingwa b’għażla minn 17-il lingwa. Wara, wieħed jista’ jqatta’ l-ħin tiegħu fil-ġonna, jilgħab mal-annimali, jew isegwi dimostrazzjoni live dwar l-iskultura fil-ġebel.
- Età Rakkomandata: 6 - 16 snin
- Tfal akkumpanjati minn adult