
Il-Palazzo Falson
Il-Palazzo Falson huwa attrazzjoni għall-viżitaturi li għandu Assigurazzjoni ta’ Kwalità. Għandu 45 kollezzjoni straordinarji, inkluż pitturi, fidda, għamara, ġojjellerija, twapet orjentali u armerija, kif ukoll librerija notevoli b’aktar minn 4,500 ktieb, u xi manuskritti ta’ valur kbir. L-għana tal-kollezzjonijiet fil-Palazzo tista’ toffri lill-viżitatur l-esperjenza rikka ta’ żjara f’mużew fl-ambjent intimu ta’ dar privata.
- Età Rakkomandata: 9 - 12 snin għall 10:30 - 12:30
- Età Rakkomandata: 13 - 16 snin għall 13:30 - 15:30
- Tfal waħedhom