
Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali u Attività tal-immudellar bit-tafal
Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali jinsab fil-belt iffortifikata tal-Imdina u jieħu ħsieb l-akkwist, il-kollezzjoni u l-konservazzjoni ta’ materjal ta’ storja naturali, b’enfasi fuq bijota (il-ħajja tal-annimali u tal-pjanti) lokali. Il-wirjiet ikopru suġġetti varji, fosthom il-ġeoloġija lokali u l-paleontoloġija, l-evoluzzjoni tal-bniedem, mammiferi eżotiċi, fawna tal-baħar, insetti, qxur tal-frott tal-baħar, u għasafar. Jintużaw dijorami biex jintwerew l-ħabitats differenti Maltin, bħall-ħabitat tal-għasafar fl-irdumijiet lokali, il-ħitan tas-sejjieħ tradizzjonali, u d-diversità tal-annimali li jinsabu fil-widien tal-gżejjer. Il-viżitaturi tfal ikollhom l-opportunità li jieħdu sehem f’attività tal-immudellar bit-tafal.
- Età Rakkomandata: 8 - 12 snin
- Children Only