
Il-Forti Sant’Anġlu u Attività ta’ kif isiru l-għoqiedi
Il-Forti Sant’Anġlu huwa attrazzjoni għall-viżitaturi li għandha Assigurazzjoni ta’ Kwalità u huwa meqjus bħala mafkar sinifikanti għall-importanza strateġika tal-gżejjer u l-għadd bla tarf ta’ ħajjiet li ġew issagrifikati fil-ħakma tagħhom. Fil-fatt, tul l-aħħar elf sena, kull min irnexxielu jakkwista kontroll tal-Forti Sant’Anġlu effettivament seta’ jaħkem fuq il-gżejjer Maltin. Il-Forti Sant’Anġlu joffri veduti panoramiċi spettakolari tal-Port il-Kbir u tal-ibliet iffortifikati li jdawruh. Il-viżitaturi jistgħu jesperjenzaw l-istorja varjata u l-istili arkitettorali ta’ dan il-Forti permezz ta’ wirjiet tradizzjonali, u immersivi u innovattivi, flimkien ma’ eżempji impressjonanti ta’ artillerija kontemporanja.
- Età Rakkomandata: 8 - 12 snin
- Tfal waħedhom