
Il-Forti Rinella
Il-Forti Rinella, li nbniet mill-Ingliżi, hija waħda mill-erba’ batteriji kostali fil-Kalkara. Hija mmexxija mill-Fondazzjoni Wirt Artna u hija wkoll attrazzjoni għall-viżitaturi li għandha Assigurazzjoni ta’ Kwalità. Fil-Forti Rinella wieħed isib bosta teknoloġiji li ntużaw fiż-żminijiet Vittorjani waqt il-gwerra, kif ukoll l-akbar kanun fid-dinja. Isiru wkoll wirjiet live minn suldati tal-epoka Vittorjana mis-seklu 19.
- Età Rakkomandata: 6 - 16 snin
- Tfal akkumpanjati minn adult