Ħaġar Qim u t-Tempji tal-Imnajdra u Attività tal-preparazzjoni ta’ ħobż ċatt

It-tempji megalitiċi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra huma fost is-siti preistoriċi  l-aħjar ippreservati u evokattivi f’Malta. It-tempji jinsabu fuq il-quċċata ta’ għolja u jħarsu għal fuq il-baħar u l-gżira ta’ Filfla. L-ambjent tal-madwar huwa gagazza tipika Mediterranja u huwa spettakolari f’kemm jispikka u fid-deżolazzjoni tiegħu. Iċ-ċentru tal-viżitaturi li jinsab fil-bidu taż-żjara taż-żewġ tempji, jipprovdi informazzjoni storika fuq il-post permezz ta’ wirjiet u introduzzjoni b’film ġewwa s-sala 4D. Wara li jżuru t-tempji, il-viżitaturi tfal jieħdu sehem f’attività tat-tħejjija tal-ħobż ċatt fejn jippreparaw il-ħobż storiku li tradizzjonalment kien jittiekel mill-abitanti tat-tempju fl-antik.

Data

Nov 24 2019
Expired!

Ħin

10:00 - 11:30
QR Code