
Casa Rocca Piccola u Tur bil-Mixi tal-Belt Valletta
Casa Rocca Piccola hija palazz tas-seklu 16 li tappartjeni lil familja nobbli Maltija, kif ukoll hija attrazzjoni għall-viżitaturi li għandha Assigurazzjoni ta’ Kwalità. Casa Rocca Piccola hija attrazzjoni unika fil-qalb tal-Belt Valletta, kif ukoll ‘mużew ħaj’ minħabba li għadha dar tal-familja privata u tant maħbuba sal-lum il-ġurnata. Tista’ tara litteralment mijiet ta’ oġġetti, fosthom pitturi moderni u pitturi tal-antenati. Taħt Casa Rocca Piccola wieħed jista’ jsib ukoll sensiela ta’ mini li tħaffru fil-blat li kienu jintużaw bħala xelters waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Wara ż-żjara tagħhom f’Casa Rocca Piccola, il-viżitaturi, akkumpanjati minn gwida kkwalifikat/a, ikomplu b’tur qasir madwar il-Belt Valletta .
- Età Rakkomandata: 12 - 16 snin
- Tfal akkumpanjati minn adult