Wisq probabbli qed tippruvaw taħsbu min aħna u x’nagħmlu eżatt.
Il-kampanja Apprezza hija organizzata mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, li fil-qosor, hija l-organizzazzjoni li tieħu ħsieb li tippromwovi lil Malta għal skopijiet ta’ turiżmu. Iżda, minbarra dan, nagħmlu ħafna aktar affarijiet, u tista’ tiskopri dan fuq il-websajt tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.

Ir-rwol tiegħi huwa li neduka lit-tfal – u kull min jixtieq jisma’ insomma – dwar l-importanza tat-turiżmu għal Malta u Għawdex. Barra minn hekk, nixtieq li sħabi jifhmu li biex it-turiżmu jmur tajjeb, jeħtieġ li jkollna gżejjer nodfa, sbieħ u miżmumin sew. Apparti hekk, intom tistgħu tgħidu lit-turisti dwar Malta u dwar x’jistgħu jagħmlu Malta u kif jistgħu jgawduha. Naħseb li huwa importanti ħafna li nħossuna kburin li aħna Maltin u li nkunu kburin b’Malta b’mod ġenerali.
Jekk taqraw il-kotba tiegħi li qegħdin fit-taqsima eBooks, tkunu tistgħu taraw xi rrid infisser dwar dan peress li fihom ħafna lezzjonijiet importanti li tistgħu titgħallmu u ħafna fatti interessanti li tistgħu tiskopru.

Staqsi xi ħaġa!
Aħna dejjem irridu nisimgħu mingħandek, kummenti, ideat u suġġerimenti. Ibgħatilna email u aħna nirrispondi kemm jista ‘jkun malajr.
