Ħelow u merħba fil-websajt tiegħi!
Jien jisimni Turu u jien il-mascot tal-kampanja Apprezza.
L-għan ta’ din il-kampanja hu li nsiru ħbieb u flimkien nistgħu nitgħallmu dwar l-importanza tat-turiżmu għal Malta u napprezzaw dak li pajjiżna għandu x’joffri kemm lit-turisti kif ukoll lilna.
Il-kampanja tiegħi ilha għaddejja għal ħafna snin. Fil-fatt, wasalna fir-raba’ ktieb tas-serje L-Avventuri ta’ Turu u, matul is-snin, saru ħafna attivitajiet fl-iskejjel ibbażati fuq dawn il-kotba. Bħala parti minn din il-kampanja, għandna wkoll ktieb ieħor sabiħ li jismu Il-Ġrajja tat-Teatru. L-iskop tiegħu hu li jagħmel l-istorja divertenti.
Nispera li tieħdu gost tesploraw il-websajt. Tinsewx tiċċekkjaw it-taqsima dwar l-avvenimenti minħabba li jkun hemm ħafna attivitajiet fi tmiem il-ġimgħa wkoll.
Għeżież ħbieb,
Bħala parti mill-kampanja tiegħi Apprezza, nixtieq nistedinkom iżżuru xi wħud mill-attrazzjonijiet ta’ Malta għall-viżitaturi, sabiex ngħaddi l-messaġġ tiegħi… li napprezzaw iktar l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna. B’dan il-mod, se titgħallmu dwar Malta u tifhmu l-ħafna affarijiet li l-gżejjer tagħna għandhom x’joffru lilna u lit-turisti, biex ilkoll kemm aħna ngawduhom. Iż-żjarat tiegħi huma bla ħlas għat-tfal bejn is-6 u s-16-il sena, meta jkunu akkumpanjati minn adult.

Staqsi xi ħaġa!
Aħna dejjem irridu nisimgħu mingħandek, kummenti, ideat u suġġerimenti. Ibgħatilna imejl u aħna nirrispondu kemm jista’ jkun malajr.
